l-istrixx - Karattri fuq L-ISTRIXX
   
  Paġna ewlenija
  Karattri fuq L-ISTRIXX
  Ħarsien l-ambjent
  Kummenti tagħkom
  Ikkuntattjawna :
  Ħoloq (links)
  Kompetizzjoni
  Aħbarijiet
  Stejjer pinġuti
Il-karattri ta' l-ewwel ħarġa.

Il-Karattri fuq L-ISTRIXX ivarjaw minn ktejjeb għal ieħor imma karattru ewlieni u interessanti hu dak ta' EKOLINA. L-istejjer ta' Ekolina huma bbażati fuq stil ta' fantaxjenxa imma mhux it-tip tad-dominji galattiċi u l-gwerer spazjali. L-istejjer tagħha jseħħu f'raħal komuni (Ħal Susa)fejn il-ħajja tidher tixbah li dik li qed ngħixu aħna illum imma spiss naraw robots u teknoloġija oħra straordinarja biex tkompli żżejjen r-rakkont u jagħtuh tifsira qawwija. 

L-istejjer ta' Ekolina u seħibha ż-Żabbari dehru fuq ir-rivista Sagħtar minn Ottubru 2007 sa Mejju 2008. Dawn l-istejjer jinsabu ippostjati ukoll f'dan is-sit (ara Stejjer pinġuti).


Din hija silta mill-istorja ta' Ekolina narawha tipprova toħroġ liż-Żabbari minn telfa tas-sensi wara li inħakem mill-magna tal-far kattiv bl-isem ta' FARRAXK.

Ekolina


 
Tfajla li tgħix f'Raħal Malti imma fl-ewwel storja narawha tilgħab logħba ġdida jisimgħa "ir-Rukkellla" flimkien ma' żgħażagħ oħrajn fosthom iż-Żabbari. Dan iż-Żabbari huwa l-inventur li propju vvinta din il-logħba tar-Rukella. L-istorja ta' Ekolina tiftaħ b'xena tal-logħba fuq il-wesgħa mtarrġa li hemm ħdejn il-Mall tal-Furjana.

Ma jdumx ma jidher il-FARRAXK, far aħdar liebes il-ġlekk u l-ingravata b'karattru qawwi li jipprova jġiegħel lin-nies biex jagħmlu dak li jrid hu.

Iż-Żabbari jkun l-ewwel vittma tal-FARRAXK iżda Ekolina ma ddumx ma tidħol biex issalvah milli jintrikeb għal kollox mil-LOBLOBA li kienet magna logħba tal-FARRAXK


Ħaddarinu

.

Ħaddarinu huwa fulu li fl-istorja jikkonfronta lil PLASTIPEST. Dan ta' l-aħħar ikun irid idawwar kollox fi plastik. 

Gori Grillu

 
Gori Grillu huwa karattru ħelu ta' raġel li jkun irid jimpressjona lil sħabu. L-istorja tiegħu hija mibnija fuq idea makakka li l-ewwel iġiegħlek taħseb li se jagħmel mod imbagħad issib li jagħmel mod ieħor.


Il-wied għan-niżla

In-Nemes dejjem jidher fil-miżbla jibni xi makkinarju jew robot mir-rimiżolji li jsib mormija. Ħsiebu dejjem kif se jisfrutta r-riżorzi naturali tal-wied li hemm ma ġenb il-miżbla. Bħala assistenti tiegħu imma fl-istess ħin, jibżgħu biża' minnu li ma ngħidilkomx, nsibu l-pappagall u x-xadin. 

Iżda aktar tard fl-istorja niltaqgħu ukoll ma' tliet karattri ewlenin (il-merill, il-qabru u l-ballottra) li dejjem jeħduha man-Nemes meta jdeffes denbu biex iħassar is-sbuħija tal-wied. Dawn mill-ewwel jirreaġixxu biex iżommu lin-Nemes milli jkompli jagħmel il-ħsara.


Skola Matmura


 
Karattri simpatiċi huma dawn ta' Skola Matmura. F'din l-istorja nsibu żewġ klassijiet jikkompetu f'attività sportiva fl-iskola. L-ewwel waħda hija Klassi STRAGRASSI, li għandhom bħala għalliem is-sur MALGASTRU. Min-naħa l-oħra nsibu lill-klassi VERDURA mmexxijin mill-għalliema Miss BENNA.

Bawxati ħelwin ta' dawn iż-żewġ klassijiet fejn ta' klassi STRAGRASSI m'għanhomx il-grinta biex jegħelbu lill-klassi VERDURA.



Il-Ħżiena fl-istejjer ta' Ekolina.
Il-Farraxk
Far kbir aħdar liebes il-glekk u l-igravata. Ħsiebu biex jisfrutta xi biċċa art jew li jagħmel xi biċċa negozju minn fuq oħra. Manipulatur kbir u jipprova jdawwar lin-nies favurih anki lill-istess għedewwa tiegħu. Huwa inventur ukoll u jibni magni kbar u sofistikati sabiex bihom jieħu dak li jrid. Kull darba li jingħeleb huwa jaħrab b'xi ġett li jkollu ma' dahru u bih itir lura mnejn ikun ġie.

L-Affarun
Ma nafux min huwa sewwa. S'issa wiċċu qatt ma deher jew rajna l-figura tiegħu. Jista' jkun li dan hu l-Farraxk ukoll. Deher bħala gaffa kbira u kerha, titkellem u tqaċċat is-siġar biex twitti triq ġdida għall-karozzi. L-Affarun iħares dejjem lejn l-interessi tiegħu u ma tiġih ebda ħniena għall-ħlejjaq jew għall-ħajja. Il-proġetti tiegħu jiġu l-ewwel u qabel kollox u jibqa' għaddej minn fuq kulħadd sakemm iwettaqhom.


Is-suffarell
Far ieħor aħdar, jew inkella l-Farraxk innifsu. Liebes maskra, żaqqu barra u għandu ċintorin mimli suffarelli ma' qaddu. Huwa ideatur u futurista u dak li joħlom ikun irid jagħmlu anki jekk iġib ħsara kbira fuq ħaddieħor. Jara li dejjem ikun komdu hu u jixxaħxaħ fil-lussu u fl-eseġerazzjoni. Huwa jħobb ikun dejjem minn fuq, iħobb dejjem jidher u s-suffarelli li sikwit jaħraq huma simbolu ta' kemm jieħu gost jagħmel l-affarijiet bil-pompa u bl-estravaganza.
 

   
This website was created for free with Own-Free-Website.com. Would you also like to have your own website?
Sign up for free