l-istrixx - Paġna ewlenija
   
  Paġna ewlenija
  Karattri fuq L-ISTRIXX
  Ħarsien l-ambjent
  Kummenti tagħkom
  Ikkuntattjawna :
  Ħoloq (links)
  Kompetizzjoni
  Aħbarijiet
  Stejjer pinġuti

L-istrixx - Stejjer Pinġuti

Ħafna mill-qarrejja ta' L-ISTRIXX jinsabu ħerqana biex jerġgħu jaraw din il-pubblikazzjoni f'idejhom. Wara li twaqqfet ħesrem is-sena l-oħra, irċevejna bosta kummenti u mistoqsijiet mingħandkom dwar x'se jiġri mill-Istrixx. Nistgħu neċċertaw lil kulħadd li qegħdin naħdmu ħafna biex dan jerġa' jibda joħroġ regulari kif kien qabel bi stejjer ġodda mimlijin avventura u praspar.

L-ISTRIXX ser iżanżan stil ġdid fid-disinn tal-logo u se nippruvaw inżomm l-istess rittmu fil-ħruġ tiegħu, jiġifieri, wieħed kull xahar. Qed naħdmu ukoll fuq edizzjonijiet speċjali li bi ħsiebna noħorġu minn żmien għal ieħor. Ibqgħu segwu dan l-ispazzju għal aktar aħbarijiet. Dawk li jixtiequ jkunu infurmati personalment b'email, għandu jibgħatulna messaġġ fuq l-indirizz elettroniku tagħna (strixx07@gmail.com) biex indaħħluhom fil-lista tagħna.



Ekolina
: Ekolina u ż-Żabbari jmorru biex isalvaw l-għalqa tal-aħħar bidwi f'Wied Ħal Susa. Huma jeħduha mal-Farraxk u l-inġenji qerrieda tiegħu.

Il-Praspar tal-Bużnanna
: L-iżviljarin modern tal-Bużnanna ma jqajjimhiex kmieni biżżejjed biex tilħaq tiekol miċ-ċereali.

Il-Wied għan-Niżla: In-Nemes jitħajjar jagħmel il-murtali tal-festa imma l-annimali tal-wied iħassrulu l-pjan.

Id-data tal-ħruġ tiħabbar aktar tard.


 

L-istrixx  -Stejjer Pinġuti - Nru 21


Ekolina
: Ekolina u ż-Żabbari jindunaw b’diżastru li jkun qed iseħħ fil-masġar qrib l-iskola ta’ Ħal Susa.   

Il-Praspar tal-Bużnanna: Il-Bużnanna titħajjar għall-pittura. Imma x’se tpitter? Pittura klassika jew moderna?

 

Il-Wied Għan-Niżla: In-Nemes joħroġ għall-bebbux imma l-fenek u sħabu jkollhom ċajta lesta għalih.

Imber: Fuq ix-xini li jimxi fl-art tkompli l-avventura ta' Imber. X'sar mill-ġebla s-sewda? X'sorpriża hemm lesta għal Imber?

 

Dan kollu fuq L-ISTRIXX nru.21 li jitqassam b’xejn mal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt 14 ta’ Mejju 2011.

Titilfuhx!




L-istrixx - Stejjer Pinġuti -Nru 20


Ekolina: Passiġġata fl-għelieqi ta’ Ħal Susa tinbidel f’avventura meta Ekolina u ż-Żabbari jiskopru li nixfet l-għajn tal-ilma li kienu qegħdin jixorbu minnha.

Il-Praspar tal-Bużnanna: Il-Bużnanna titħajjar tixtri CD bil-mużika tal-opri. Imma trid opra oħra biex jirnexxielha ddoqqha.


Il-Wied Għan-Niżla:
In-Nemes ifittex biex jagħmel il-flus għal żmien l-Għid il-Kbir. Riedu jakkwistaw ħafna bajd imma r-riċetta marritilhom żmerċ meta daħlu fin-nofs il-fenek, il-fekruna u Ġanbublu l-għasfur.


Dawret iż-Żugraga:
Vika bħas-soltu dejjem timmaġina li ġejjin il-mostri biex jinvadu ‘l pajjiżha. Fuq “iż-żiemel tan-nar” hija tirkeb biex tattakka imma... 

 

Dan kollu fuq L-ISTRIXX nru.20 li jitqassam b’xejn mal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt 9 ta’ April 2011.


Titilfuhx!


L-istrixx – Stejjer Pinġuti - Nru 19



 

Abigajl, Ħaġġi u Qalbufidu jaqsmu l-baħar fuq dgħajsa żgħira biex jaslu fil-belt ta’ Abu. Tgħid jaslu qawwijin u sħaħ?

Il-Bużnanna tkompli bil-praspar tagħha meta tisfida lin-neputiha għal tellieqa bejn karru u skateboard. Araw kif se tispiċċa.

In-Nemes jitwebbel għal-pixxina fil-miżbla tiegħu. Iċempel lil wieħed Kukkudrill li jagħmel kollox imbasta titimgħu tajjeb. Sħabna l-Fenek u l-Fekruna flimkien mal-Qabru jippruvaw isewwu l-ħsara tan-Nemes.

F’Dawret iż-Żugraga Vika tinkwieta għax qalet li rat mostru li ġej jiekol lil kulħadd. Min jaf x’ikun dan il-mostru?

Titilfux din il-ħarġa nru.19 ta’ L-istrixx – stejjer pinġuti - li se titqassam b’xejn mal-ġurnal L-Orizzont tas-Sibt l-12 ta’ Marzu 2010.




L-ISTRIXX nru. 18


 

Abigajl u sħabha jaslu f’Wieq iż-Żerniq. Hemmhekk Abigajl tieqaf taħseb waqt li kienet qed tara x-xemx tielgħa. Ħaġġi, li dejjem jaħseb f’żaqqu, joqgħod jistad bil-qasba. Hu jqabbad lil Qalbufidu biex iġiegħel lil Abigajl iddoqq il-fifra biex bis-seħer tagħha jaqbad xi ħuta kbira. Imma ja żaqqieq li hu, ma jafx x’ikun ġej għalih.

 

Il-Bużnanna reġgħet magħna bil-praspar tagħha. Din id-darba twebblet biex ittajjar tajra man-neputi tagħha imma dak kien ħsiebu fl-ajruplan li jaħdem bir-“remote”.

 

Naraw ukoll praspura ta’ wieħed mill-karattri strambi ta’ Dawret iż-Żugraga, Annibale il-kelb. Annibale jivvinta kif ma jixxarrabx bix-xita.... imma...

 

Tkompli l-avventura ta’ Imber  fejn imur biex iġib lil ħabibu Rabbabu wara li b’xi seħer, sar statwa tad-deheb. Biex iġib lura lil Rabbabu, Imber ikollu jħabbat  wiċċu mal-għodlien, il-mostri li jtriru.

 

Dan kollu fuq L-ISTRIXX nru.18 li jitqassam b’xejn mal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt 19 ta’ Frar 2011.




L-ISTRIXX nru. 17



Is-sensiela ta’ Abigajl u l-Fifra Saħħarija tkompli. Abigajl u sħabha jaslu fi ġnien żdingat. Ħaġġi jinħataf u l-ġardinar ikeċċihom ‘l barra. Fuq il-ġnien kienu jgħidu li hemm teżor moħbi u l-ġardinar kien ilu jħaffer għalih is-snin. Min se jsibu t-teżor? X’seħer se tagħmel Abigajl bil-fifra tagħha?

 

Bertu Pront  huwa spjun tal-Barun Maks. Dan il-baruni ħsiebu biex jara x’invenzjonijiet se jivvinta Profs Nûki. Bertu Pront jintbagħat biex jipprova l-aħħar mudell tas-SuperKarozza imma jispiċċa ħażin. Araw il-praspura ta’ Bertu Pront

U kif qed insemmu l-praspar, għandna għalikom praspar ġodda: il-Praspar tal-Bużnanna. Il-Bużnanna turi lin-neputi tagħha kif dari s-subien kienu jilgħabu bil-boċċi. Imma n-neputi jgħidilha li aħjar jilgħab bil-kompjuter milli bil-boċċi. Il-Bużnanna ma tmerihx u tipprova tilgħab logħba hi ukoll u tagħmel waħda minn tagħha.

 

Fil-Wied għan-Niżla, n-Nemes isib akkwarju u jitwebbel biex jimlieh biż-żrinġijiet. F’rasu kellu li jaqla’ xi ħaġa tal-flus minn fuqu u għalhekk jibgħat lill-Korvu u lis-Serp biex jaqbdu ż-żrinġijiet. Imma sħabna l-annimali tal-wied malajr jisfrattawlu l-pjan.

 

Dan kollu fuq L-ISTRIXX nru.17 li jitqassam b’xejn mal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt 15 ta’ Jannar 2011.



L-istrixx Nru. 16

L-istorja ta’ Imber tlaqqagħna mad-draga (saħħara kiefra) li tmur biex tieħu lura d-deheb li serqu l-għodlien (mostri jtiru). Imber jiġi wiċċ imb wiċċ mal-periklu u l-qawwa tad-draga.



F’din il-ħarġa nerġgħu nidħlu fl-avventura ma’ Ekolina u ż-Żabbari. Dawn it-tnejn jippruvaw isalvaw il-misraħ ta’ Ħal Susa minn taħt idejn L-AFFARUN. Dan għandu manija biex jibni kullimkien imma l-eroj tagħna jibqgħu jiġġildulu sal-aħħar.

Iz-zija Connie għadha tridha. Darba fost l-oħrajn marret sal-Belt biex tagħmel xi qadjiet imma hi u sejra lura b’tal-linja, ħabtet difrejha ma’ Tessie ta’ Waqwaq.

In-nemes jippjana biċċa negozju biex ibigħ is-siġar tal-Milied. Biex jagħmel dan bagħat lis-serp u l-korvu biex jaqtgħu s-siġar taż-żnuber li kien hemm fil-wied. Meta raw dan, il-fenek u l-fekruna u l-għasfur ħadmu pjan biex iwaqqfuh.

Abigajl u sħabha jkomplu fi triqithom lejn il-belt ta’ Abu. Huma jsibu ruħhom f’Ħal Zinzinn, fejn in-nies kienet tħobb il-mużika u l-briju. Imma l-banda li kienet ser idoqqu kellha problema kbira, kif kellu ukoll Ħaġġi n-nanu kull darba li żaqqu tibda tgorr.

Titilfux din il-ħarġa nru.16 ta’ L-istrixx li se titqassam b’xejn mal-ġurnal L-Orizzont tas-Sibt 11 ta’ Diċembru 2010.

Nawgurawlkom il-Milied u s-Sena t-tajba.

www.strixx.page.tl




L-istrixx Nru 15



Abigajl u sħabha jaslu f’Ħaż-Żonqra. Hemmhekk jiltaqgħu ma’ tal-bajtar tax-xewk u ma’ tal-ħawħ. Ħaġġi bħas-soltu tkun se taqagħlu żaqqu għal xi ħaġa tal-ikel. Sadanittant jitfaċċa Kikku l-għama u l-praspura tibda minn hawn. Jisfidaw lil xulxin għal tellieqa saż-Żonqra. Min jirbaħ it-tellieqa? U Ħaġġi... tgħid jirnexxielu jakkwista xi ħawħa ħamra biex jitfagħha f’żaqqu?

Il-Konti Werwer iġib miegħu personaġġ ġdid u jitlob lill-oħrajn biex idawwruh ftit mal-post sakemm jidra l-ambjent il-ġdid.  Il-Lajxulli, jidħol għal din il-biċċa xogħol ospitabbli, b’ruħu u ġismu.  

Imber ikompli bl-avventuri tieghu mal-Bâbi tax-Xaqqufija. Rabbabu il-kap tal-Bâbi  jsib elmu tad-deheb. Jilbsu u minn hemm kollox jinqaleb ta’ taħt fuq.

Titilfux din il-ħarga nru.15 ta’ L-istrixx li se titqassam b’xejn mal-ġurnal L-Orizzont tat-13 ta’ Novembru 2010.

 


L-istrixx Nru 14



Abigajl, Ħaġġi u Qalbufidu jaslu f’Ħal Ġorf. Hemmhekk, naturalment,  jiltaqgħu mal-Ġorf, ġgant li n-nies kollha tibża’ minnu. X’jagħmel dan il-Ġorf? Jiekol in-nies? Jiblagħhom? Ħaġġi n-nanu jipprova jkeskes lil Qalbufidu għalih peress li dan fih raġel u jarmi s-saħħa. Imma flok juża s-saħħa ta’ idejh, Qalbufidu joħroġ  arma stramba mill-but. U li ma taqtgħux x’inhi din l-arma?!

Il-Konti Werwer jitlaq ħanżira tiġri ma’ saqajn l-uħux u l-fatati biex tiekol dak illi ssib. Dan sabiex il-ħanżira teħxien biżżejjed biex isajjruha u jikluha fl-ikla kbira tat-2 ta’ Novembru, l-festa ta’ kull sena msejħa L-Għid tal-Erwieħ.  Imma fil-ġurnata tal-preparamenti tal-ikla, l-ħanżira ddur dawra sewwa mal-kastell u ma’ tħallix farka ikel jew qatra xorb. Ħeqq! Mhix ħanżira, jewwilla!

Imber ikompli bl-avventuri tiegħu mal-Bâbi tax-Xaqqufija. Huma jgħallmuh jispara l-qaws u l-vleġġa u waqt li jkun qed jipprattika fuq il-bċejjeċ tal-fuħħar u ċ-ċaqquf, huwa jispara fuq ġarra magħluqa u meta tinkiser, minnha toħroġ ruħ ċkejkna. Min hija din ir-ruħ? X’hemm lest għal Imber? Minn xiex għandu jgħaddi din id-darba?

Titilfux din il-ħarġa nru.14 ta’ L-istrixx li se titqassam b’xejn mal-ġurnal L-Orizzont tad-9 ta’ Ottubru 2010.


L-istrixx Nru 13

 

Nir : Nir għamel ħbieb ma’ Maris, tfajla tamparu li għandha sottomarin isfar. Hu jiskopri iktar sigrieti dwar Maris meta tieħdu “d-dar” tagħha li fil-fatt mhi dar xejn imma sottomarin ġgantesk. Iżda rizza kbira li tispara t-torpedini tattakkahom u Nir flimkien ma’ sieħbu l-kelb il-baħar jikkonfrontaw din l-opra qerrieda tal-kattiv Baruni taż-Żejt.

 

Kastell Werwer : Il-Konti Werwer għandu kastell li fih iżomm kollezzjoni ta’ oġġetti strambi u karattri tal-biża’. Din id-darba jġib miegħu “stallett li jiġġieled waħdu” bil-ħsieb li jagħmel dwell mal-Ammiral. Iżda l-Lajxulli, in-Nannagħula, il-fatat u l-iskeletru jdeffsu mneħirhom fil-biċċa u jagħmlu waħda minn tagħhom.

 

Abigajl u l-Fifra Saħħarija: Abigajl, Ħaġġi u Qalbufidu jkomplu jterrqu lejn il-Belt ta’ Abu, fejn jingħad, li hemmhekk kollox sabiħ u kulħadd kuntent. Huma jaslu f’raħal ċkejken u jitolbu lil Doru r-raħħal biex jagħtihom x’jieklu jekk jaħdmulu fir-razzett u fl-għelieqi tiegħu. Imma sħaba inkwiet tersaq fuqhom ilkoll u thedded il-ġid kollu li għandu Doru imma Abigajl malajr tidħol biex issalva s-sitwazzjoni.

Dan kollu f' L-ISTRIXX li jitqassam b’xejn mal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt 11 ta’ Settembru 2010.

Bakkru ħa tilħquh!

 

L-istrixx Nru 12

Is-sensiela ta’ Abigajl u l-Fifra Saħħarija fuq l-Istrixx : Abigajl għandha fifra speċjali li meta ddoqqha toħroġ minnha mużika li tagħmel is-seħer. Hija u żewġt iħbieb tagħha, nanu bl-isem ta’ Ħaggi u ġgant bl-isem ta’ Qalbufidu, telqulha għal vjaġġ twil li suppost għandu jwassalhom fil-Belt ta’ Abu. F’din il-belt jgħidu li, hemm kollox sabiħ u kulħadd kuntent. Aqraw l-ewwel episodju ta’ dan il-vjaġġ.

Kastell Werwer : Il-Konti Werwer xtara kastell biex fih jiġbor il-kollezzjoni tiegħu ta’ oġġetti strambi u karattri tal-biża’. Raġel li jġib kaxxa lill-Konti, jitwaħħax meta jiltaqa’ man-Nanna Għula, mal-Lajxulli ikrah u mal-fatat li joqogħdu fl-istess kastell. Tal-biża’ jew tad-daħk?...Araw intom! 

 

Felċi l-Fellus : jixtieq jitgħallem itir biex ma jibqax jgħix ġo kaxxa żgħira. Jitlob l-għajnuna ta’ Makk u ta’ Ballun tal-Kamoxxa u dawn jaraw kif jagħmlu biex “itajjruh”.

 

Il-Wied għan-Niżla : In-Nemes għandu miżbla u fiha jsib mutur mormi. Malajr tiġih l-idea biex jaqla’ xi ħaġa tal-flus minnu. Is-Serp u l-Korvu, l-assistenti fidili tiegħu,  jirkbu l-mutur biex bih jagħmlu wirja ta’ gabirjoli u bużullotti. Bl-istorbju illi jagħmlu, l-fenek u sħabu malajr jindunaw bil-ħsara li tkun qed issir fil-wied u jippjanaw biex iwaqqfuhom.

 

Dawret iż-Żugraga : jkomplu l-praspar taż-Żugragin li jgħixu f’Dawret iż-Żugraga. Norma trid l-għanuna ta’ sħabha biex tibni ħajt li waqa’,  ħalli l-barri ta’ Ġamri ma jaħrabx. Imma ssib lil kulħadd rieqed.

 

 

Kompetizzjoni li tista’ trebbħek ballun tal-futbol u ktieb.

 

Dan kollu fuq L-ISTRIXX nru.12 li jitqassam b’xejn mal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt 14 ta’ Awwissu 2010.



 

Ħarga nru.11

 

Qatt smajtu bit-Tazza tad-Dinja tal-Komiks? Kontu tobsru li n-Nanna Zikizokk taf tilgħab il-ballun u li l-kelb ta’ Gori Grillu kapaċi joqgħod gowler? Iż-Żeppellina, (dik in-nannakola tal-aġenzija sigrieta ta’ Swadra Ż) għaqqdet skwadra ta’ ħdax-il plejer mill-karattri tal-ISTRIXX biex jilagħbu l-ballun kontra l-skwadra tal-karattri kattivi fil-logħba finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Komiks. Min taħsbu li se jirbaħ? Xalata ta’ praspar u azzjoni bil-ballun. Mhux ta’ min jitlef l-eċitament ta’ din il-logħba importanti.


Il-Kaptan u l-pirati tiegħu suppost li jbaħħru madwar id-dinja  biex ifittxu xi teżor imma naħseb iktar iqattgħu ħin jagħmlu l-bawxati fuq il-bastiment tagħhom. Paprati tal-Pirati hija storja oħra għal dan l-istaġun tas-sajf.

Dan kollu f’din il-ħarġa speċjali tas-sajf fl-ISTRIXX.

 Akkwista kopja ta’ L-ISTRIXX (stejjer pinguti) nru.11 imqassam B’XEJN mal-ġurnal L-ORIZZONT tas-Sibt 10 ta’ Lulju 2010.

 



Ħarġa nru.10


EKOLINA u ż-Żabbari jiskopru li l-wilġa (il-parti ta’ fuq tal-wied) se tinbidel fi blokka bini u toroq. X’ser jibqa’ mis-sbuħija tal-wied?... XEJN!... u min taħsbu li se jagħmel dan il-proġett? .... Qtajtu! ....Ħadd ħlief il-FARRAXK. Bħas-soltu, il-ħbieb tagħna jeħduha miegħu biex jipprovaw iżommuh. Tgħid jirnexxielhom?


NIR tiġih il-kurżita biex jitkixxef dwar dak is-sottomarin isfar li kien salvah l-aħħar darba. Imma biex isolvi dan il-misteru jiffaċċa l-periklu mill-opri tal-baħar tal-baruni.


IMBER jinqala’ mit-tajn li sab ruħu fih l-aħħar darba u jasal f’post stramb li fih jgħixu l-BÂBI, nies żgħar fil-qies u żgħar fl-eta. Dawn ma jkunux iriduh hemmhekk imma agħar minn hekk jiġi mostru kbir u ikrah biex jieklu. Imma ċ-ċkejken Imber isib il-kuraġġ biex jikkonfrontah.

 

Akkwista kopja ta’ L-ISTRIXX (stejjer pinġuti) nru.10 imqassam B’XEJN mal-ġurnal L-ORIZZONT tas-Sibt 12 ta’ Ġunju 2010.


 

 
Ħarġa nru.9


F'din il-ħarga naraw liż-Żabbari jtir bit-tajra l-ġdida li ivvinta. B'urġenza jmur għand Ekolina u jsibha taqra ktieb fuq is-siġar. Huwa jgħidilha bl-affari tal-AFFARUN, il-gwaj il-ġdid li jaffaċċjaw il-ħbieb tagħna. Dan l-Affarun ikun sejjer iqaċċat is-sigar kollha tat-triq biex jagħmel il-wisa' għall-karozzi. Tgħid Ekolina u ż-Żabbari jirnexxielhom iwaqqfuh?


In-Nanna Zikizokk mill-ġdid fuq l-istrixx bi praspura oħra. Is-sur Pikuż jimpikalha li jasal qabilha sas-suq tar-raħal, hu bil-karozza u hi biz-zikizokk. Min minnhom se jasal l-ewwel?

L-aġenti ta' Skwadra Żeta jidħlu f'avventura f'Harlem biex jippruvaw isalvaw id-dar ta' wieħed tifel milli titwaqqa'. Ina u Robo-Tnax flimkien ma' Indi l-fenek tal-Indi jikkumbattu ma' HOWDY HOW imma jagħmlu l-mirakli meta jisparawlu l-frott magħsur.

Gori Grillu mal-kelb tiegħu Romblu jgawdu l-ħemda tal-kampanja imma jinqala' l-istorbju.

Norma ta' Dawret iż-Żugraga tipprova ssib suġġett għall-pittura tagħha. Imma f'Dawret iż-Żugraga kulħadd stordut.

 

Akkwista kopja ta’ L-ISTRIXX (stejjer pinġuti) nru.9 imqassam B’XEJN mal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt 8 ta’ Mejju 2010.

 

L-istrixx Nru 8



EKOLINA tivvjaġġa ma’ kuġinitha fuq it-tren u tiġi wiċċ imb wiċċ mal-periklu. Karozzi jaħbtu, blalen itiru u jisplodu u robot kbir li jispara!.... Dan kollu u iżjed fuq L-Istrixx nru 8. Il-każ jibda u jispiċċa f’din l-istess ħarġa.

 

DAWRET IŻ-ŻUGRAGA u praspura oħra taż-Żugragin.

 

Ħu sehem fil-kompetizzjoni biex tirbaħ ballun mingħand TipTop Sports u ktieb mingħand Wise Owl Publications.

 

Ikseb kopja B’XEJN mal-gazzetta L-ORIZZONT tas-Sibt 10 ta’ April 2010.


 
L-istrixx Nru 7

Ħarga nru.7
 EKOLINA u ż-ŻABBARI jinqabdu ġewwa l-kapsula tan-Newl. Ir-raħal kollu safa vittma tal-kimika tiegħu. In-nies kienet qisha mejta, taġixxi bħal robot għall-kmand ta' Ben tan-Newl. Wieħed biss kien għadu ħaj u jferfer!!!

NIR isib ruħu f'inkwiet kbir...KBIR daqs l-ILJUNFANT tal-baħar. Ir-riebja tal-ħut f'xifer il-qerda tagħha... hekk kif il-Baruni taż-Żejt jerġa' jattakkaha.  B'kumbinazzjoni jew b'sorpriża xi ħadd isalva s-sitwazzjoni. Min jista' jkun dan?

IMBER jinżel taħt l-art mill-kantina tat-torri tal-Magu. Hemm jiltaqa' ma' ħwejjeg strambi li qatt ma basarhom. Jiltaqa' max-XIĦ li mhu xiħ xejn... mal-GĦUL tal-waħx u jiġi wiċċ imb wiċċ mas-SERPENTIN. Imber jipprova jsalva lill-ġrieden imma għandu bżonn min jipprova jsalva lilu!!


Akkwista kopja ta’ L-ISTRIXX (stejjer pinġuti) nru.7 imqassam B’XEJN mal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt 13 ta’ Marzu 2010.


L-istrixx Nru 6


Ħarġa speċjali tal-karnival.

EKOLINA u ż-ŻABBARI  jiltaqgħu mas-SUFFARELL waqt l-isfilata tal-Karnival. Bil-“karru” tiegħu, it-temp jitħawwad, ix-xemx tinħaraq u tinżel il-borra. Bluha... li trid teħodha bis-serjetà.

INA u r-robot personali tagħha ROBOTNAX jagħtu lezzjoni lill-Ġeneral Kaktus u jsalvaw il-monument għażiż tan-nies taċ-Ċiwawa. Huma jgħaddu mill-ewwel eżami biex isiru aġenti sigrieti fi Skwadra Żeta. Dan kollu jseħħ waqt li jkunu fil-klassi tal-iskola. 

PUQAQQA huwa buffu ħelu li jħobb idaħħak it-tfal. Imma kultant isib lil xi ħadd li jġiegħlu jdoqq il-ħorn iżżejjed. PUQAQQA !!!

IĊ-ĊUQLARA huma erbat itfal li jagħmlu d-dinja iktar kulurita bl-istrumenti tad-daqq tagħhom.

Iltaqgħu mas-sur Dodò Glekkijiet u ħalluh jaqsamkom bid-daħk bil-praspar tiegħu.

Kompetizzjoni li tista’ trebbħek ballun tal-futbol u ktieb.

Dan kollu fuq L-ISTRIXX nru. 6.

Akkwista kopja ta’ L-ISTRIXX (stejjer pinġuti) nru.6 imqassam B’XEJN mal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt 6 ta’ Frar 2010.

L-istrixx Nru 5

Il-misteru tal-Istabbiliment “Tan-Newl” ikompli.  Ekolina u ż-Żabbari jinvestigaw il-każ bil-moħbi.  Ben tan-Newl buffu ħelu imma jidher perikoluż!


In-Nanna Zikizokk tuża moħħha biex tirbaħ lill-ġgant wikkiel li jismu “Il-Leflefun”.


“TIKTIK” hu kompjuter li jivvjaġġa fil-passat u jieħu miegħu lill-Profs Amira u lil Liza fi żmien l-għerien u l-annimali slavaġ.

Kompetizzjoni li tista’ trebbħek ballun tal-futbol u ktieb.

Akkwista kopja ta’ L-ISTRIXX (stejjer pinġuti) nru.5 imqassam B’XEJN mal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt 12 ta’ Dicembru 2009.

 

L-istrixx nru.4

L-istrixx Nru 4 imballat bl-azzjoni u l-avventura.

F'din il-ħarga se naraw lil Ekolina u ż-Żabbari jeħduha ma' ġgant metalliku biex isalvaw lil Ħal Susa mid-duħħan iswed.

Naraw ukoll lil Nir li bl-għajnuna tal-ħabib speċjali tiegħu jiġġieled kontra "brama robot" immexxija mill-Barunijiet taż-Żejt.

Il-vjaġġ ta' Imber jissokta bl-għajnuna tal-Mara l-Bajda u n-Nawnu. Imber isib ruħu maħtuf mill-Magu s-saħħar kiefer.

Mela ħaffu u akkwistaw kopja b'xejn mal-gazzetta
l-orizzont is-Sibt 21 ta' Novembru 2009.



L-istrixx nru.3


L-istrixx nru.3 ħareġ fl-10 ta' Ottubru 2009 u tqassam b'xejn mal-ġurnal l-orizzont.  Il-ħwienet tat-TipTop ukoll qed jirregalawh b'xejn lill-klijenti tagħhom. Din il-ħarġa tinkludi l-eroj tas-soltu Ekolina u ż-Żabbari, Nir u issa karattru ġdid li żgur li se jogħġobkom bl-isem ta' IMBER.

L-istrixx nru.2

L-ISTRIXX "Stejjer Pinġuti"  Nru 2   għandu 32 paġna bil-kulur.

Fir-raħal ta'  Ħal Susa, fix-xagħra fejn Ekolina u ħbiebha kienu jirrekreaw ruħhom, niżel "stabbiliment" kbir bl-isem "Tan-Newl". Ekolina tissuspetta li hemm xi ħaġa ħażina fih.

Nir, tfajjel ħabrieki li jaħdem fir-riebja tal-ħut, jinduna b'xi ħallelin tal-baħar.

Gori Grillu jikxef lil min jagħmel il-ħsara lis-siġar.

In-Nemes u sħabu jibnu magna miż-żibel biex jipproduċu l-plastik. Il-Merill u ħbiebu jsibu mod kif ifalluh.

Iż-Żugragin jagħmlu praspar li jistorduk.


L-istrixx nru.1

L-ISTRIXX Stejjer Pinġuti"  Nru 1 għandu produzzjoni ta' Joseph Xuereb (
Tip Top Ltd






Strixxikli Maltin Malta Comics Komiks għat-tfal.

 

 

 


   
This website was created for free with Own-Free-Website.com. Would you also like to have your own website?
Sign up for free